L-attakkant ta’ Juventus Gonzalo Higuain kiseb postu lura fit-tim nazzjonali Arġentin li matul dan ix-xahar se jilgħab partiti ta’ ħbiberija kontra l-italja u Spanja. Din hi l-ewwel darba sa minn Ġunju ta’ sena ilu li l-kowċ nazzjonali tal-Arġentina Jorge Sampaoli sejjaħ lil Higuain biex jifforma parti mit-tim tiegħu.
Bħalissa Higuain hu mweġġa’ imma l-14-il gowl tiegħu li skurja matul dan l-istaġun fil-kampjonat kienu biżejjed biex jikkonvinċu lil Sampaoli li fl-istess waqt ħalla barra Paulo Dybala ta’ Juventus u Mauro Icardi ta’ Inter.
Dan l-aħħar Dybala kien imweġġa’ filwaqt li Icardi ta’ Inter, bħat-tim tiegħu, naqqas ħafna mir-ritmu din is-sena u skurja biss darba minn Jannar ‘l hawn.
L-attakkant ta’ Manchester City Sergio Aguero, li jinsab f’forma mil-aqwa ġie inkluż fit-tim.
//= $special ?>