Lokali

Infermier isalva tifel li prova jagħmel suwiċidju

Tikber il-ħtieġa ta' sigurta' f'Monte Karmeli

L-Isptar Monte Karmeli reġa’ kien fuq allert massimu matul il-lejl li għadda hekk kif seħħ każ ieħor sensittiv, fejn issejħu wkoll l-ambulanzi mill-isptar Mater Dei.

Din id-darba kien każ illi seħħ fil-YPU, il-unit li fih jinżammu persuni taħt is-16-il sena.

It-tobba u l-ambulanzi issejħu wara li tfajjel prova jneħħi ruħu b’idejh. Iżda bl-intervent f’waqqtu minn infermier u care worker, it-tifel ġie salvat u ttieħed mal-ewwel l-isptar Mater Dei fejn qed jingħata l-kura fl-ITU.

Mhux magħruf eżatt jekk il-Pulizija fetħitx investigazzjoni dwar dan il-każ.

Il-Ministeru tas-Saħħa għadu ma ħareġ l-ebda stqarrija.