Lokali Saħħa

FILMAT: “Irrid li jużawni għar-riċerka” – Alfred Tonna

Intervista imxandra fil-programm NET LIVE fuq Net Television

“Fit-testment tiegħi ktibt sabiex il-korp tiegħi la mmut imur l-Universita’ ħalli tkun tista’ ssir riċerka”.

Kien b’dan il-kliem li laqana Alfred Tonna, raġel ta’ 80 sena li jrid illi wara mewtu l-korp tiegħu jintuża għar-riċerka mit-tobba u x-xjentisti Maltin.

Alfred jispjega kif il-mewt tar-raġel tat-tifla tiegħu donnu fakkritu li f’ħajjtu baqalu jagħmel xi ħaġa. “Kien hawn li għamilt testment ġdid, u ddikjarajt li meta mmut joħduni l-Universita'”.