Lokali

Jinstab ir-raġel bid-dimensja li kien rappurtat nieqes

Aġġornata

Wara l-artiklu ta’ NET News, ir-raġel bid-dimensja li kien rappurtat nieqes, instab. Iben Pedro Jimenez stess ħabbar dan fuq Facebook, f’reply għall-artiklu ta’ NET News. Fil-‘post’ tiegħu, Juan Jimenez kiteb “Grazzi tal-għajnuna. Missieri nstab. Grazzi lil kulħadd”.

Aktar kmieni

Il-familja ta’ anzjan li għandu l-kundizzjoni tad-dimensja qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku wara li ma rritornax id-dar.

Skont il-familja tar-raġel, Pedro Jimenez, hu kien liebes ġakketta beige u qalziet iswed, waqt li għandu leħja folta. Aktarx li hu jinsab fl-inħawi tal-Belt, il-Ħamrun jew il-Marsa.

Jekk xi ħadd jiltaqa’ mar-raġel, li aktarx hu mitluf u diżorjentat minħabba l-kundizzjoni tiegħu, qed jintalab jagħmel kuntatt mal-familja fuq 9936 8370 jew inkella javża lill-Pulizija fuq 112.