Lokali

Karozzi misruqa lejn Malta – eluf ta’ kontrolli fl-Italja

Il-Pulizija fl-Italja temmew b’suċċess l-operazzjoni Safety Car 2 fejn fl-aħħar jiem wettqu eluf ta’ kontrolli, b’mod speċjali għal dak li għandu x’jaqsam mas-serq ta’ vetturi.

Il-midja f’Ragusa tirrapporta li fost l-oħrajn ingħatat attenzjoni partikolari għall-Port ta’ Pozzallo, speċjalment l-imbarkazzjoni fuq il-katamaran lejn. Dan hekk kif il-Pulizija fl-Italja jafu li wħud mill-vetturi misruqa qed jinġiebu lejn Malta, biex jintużaw jew jitqattgħu għall-materjal.

Madwar l-Italja, il-Pulizija rkupraw 618-il vettura misruqa, għal valur li jaqbeż il-€5 miljun. Ġew arrestati wkoll 101 perusna.

Dan hekk kif madwar 9, 416 uffiċjal tal-Pulizija waqqfu iktar minn 65,000 persuna u kważi miljun vettura differenti, b’sistemi innovattivi li ġew installati fil-karozzi tal-Pulizija biex jagħrfu meta karozza tkun misruqa.