It-Tribunal tal-Appelli għall-Ippjanar illum ċaħad mill-ġdid l-applikazzjoni għal żvilupp f’Wied Għomor.
L-iżvilupp li kien qed ikun propost kien ta’ 133 kamra għal dar tal-anzjani flimkien ma’ żvilupp ieħor f’art ODZ.
Dan il-proġett diġa’ kien ġie rrifjutat f’Mejju tal-2016, iżda l-appell minn żviluppatur reġa’ wassal biex it-Tribunal jisma’ l-każ.
Wied Għomor jitqies bħala -pulmun tal-lokalitajiet ta’ San Ġwann, Swieqi u San Ġiljan. Is-sit għandu importanza ekoloġika u xjentifika.
Fl-aħħar ġimgħat kien żvelat li Wied Għomor jinsab taħt assedju hekk kif fl-aħħar xhur għand l-Awtorità tal-Ippjanar daħlu sensiela ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp, ħafna minnhom għal binjiet residenzjali.
Din id-deċiżjoni ntlaqgħet b’mod pożittiv minn ħafna, anke wara li fl-aħħar ġimgħat saru diversi appelli biex l-applikazzjoni ma tkunx approvata, kemm minn Deputati tal-PN, Sindki, kif ukoll diversi għaqdiet Ambjentali.
Jingħaqdu kontra l-iżvilupp f’Wied Għomor – l-aħħar pulmun f’din iż-żona
//= $special ?>