Il-belt ta’ Ruma, qed tippjana biex tipprojbixxi l-vetturi li jaħdmu bid-diesel miċ-ċentru tal-kapitali sal-2024.
Is-Sindku ta’ Ruma, Virginia Raggi, ħabbret din id-deċiżjoni fuq Facebook fejn sostniet li ‘l-awtoritajiet għandhom ikollhom il-kuraġġ biex jaddottaw il-miżuri xierqa għal intervent f’waqtu u effettiv, fiċ-ċirkustanzi’.
Il-kummenti tagħha segwew deċiżjoni ta’ qorti fil-Ġermanja li tippermetti lill-ibliet Ġermaniżi biex jirrifjutaw il-preżenza ta’ karozzi li jaħdmu bid-diesel li ‘u li magħrufa li jniġġżu l-aktar lill-arja’.
Skont l-istatistika, madwar żewġ-terzi tal-1.8 miljun karozzi ġodda li nbiegħu fl-Italja s-sena l-oħra jaħdmu bid-diesel. Intant, il-belt ta’ Ruma ma tinkorpora l-ebda industriji kbar, għaldaqstant, it-tniġġis tal-ajru fil-kapitali Taljana hi dovuta għall-emissjonijiet mill-karozzi.
Mill-2024, vetturi diesel aktarx ikunu projbiti miċ-ċentru ta’ Ruma


