Lokali

Żagħzugħ ta’ 29 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza fil-Gżira

Żagħżugħ Taljan ta’ 29 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 63 sena minn Tas-Sliema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30a.m. fi Triq ix-Xatt fil-Gżira, meta għal xi raġuni ż-żagħżugħ ittajjar minn karozza tat-tip Toyota Ractis li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn l-Imsida.

Iż-żagħżugħ ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei u kien ċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.