Lokali

9 persuni arrestati fuq traffikar ta’ persuni lejn Malta

Il-Pulizija arrestat disa’ persuni, bejn Maltin u barranin, akkużati li jiffurmaw parti minn ċirku ta’ traffikar tal-persuni.

Jirriżulta li fl-aħħar jiem kienet għaddejja investigazzjoni, bil-kollaborazzjoni ta’ uffiċjali ta’ Identity Malta, li kixfet allegat każ ta’ ċirku ta’ traffikar uman, b’persuni li kienu qed jinġiebu lejn pajjiżna b’mod regolari.

Fil-kaz kienu nvoluti sezzjonijiet differenti tal-Pulizija ta’ Malta li wasslu biex ilbieraħ waranofsinhar infetħet inkjesta Maġisterjali quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u bdiet tinstema x-xhieda ta’ 14-il persuna li huma potenzjalment vittmi ta’ traffikar uman.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-14-il persuna ġejjin ilkoll mill-Ażja u jaħdmu mal-istess kumpanija.

Huma lkoll qed jingħataw l-assistenza kollha meħtieġa hekk kif qed jikkollaboraw mal-Pulizija filwaqt li iktar ħaddiema barranin tal-istess kumpanija qed jiġu mitkellma mill-Pulizija.