Sid ta’ mutur qed jappella għall-għajnuna tal-pubbliku wara li l-anzjan li jidher f’dan il-filmat laqatlu l-mutur bil-konsegwenza li waqqgħu mal-art u kkawżalu l-ħsara.
Madankollu l-anzjan, li kien qed isuq trakk ta’ kulur aħdar skur, telaq mill-post mingħajr ma ra xi ħsara kkawża jew għamel rapport.
Każi simili bħal dan, ta’ hit & run, huma llegali iżda min iwetaqhom għandu ċans ta’ 24 siegħa mill-ħin tal-inċident biex jagħti ruħu b’idejh u ma jittiħdux passi fuq l-akkużi ta’ hit & run.
Il-każ seħħ f’Ħ’Attard, b’sid il-mutur li għamel rapport lill-Pulizija li qed jippruvaw jidentifikaw lil dan ir-raġel. Min għandu xi informazzjoni jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, inkella lil dan is-sit, dejjem b’kunfidenzjalità.