Anzjan ta’ 78 sena, Alfred Attard, ma nstabx ħati li għamel qligħ minn prostituzzjoni permezz ta’ żewġ massage parlours wiehed fil-Mosta u fil-Ħamrun. Pero fis-sentenza tagħha l-Qorti ddikjarat li f’dawn iż-żewġ ħwienet kienu qed jingħataw servizzi sesswali.
Dan il-każ imur lura għal Novembru ta’ ħames snin ilu. Mill-qorti ħareġ li kellha tkun il-mara tiegħu li hi Ċiniża, li kellha tkun akkużata. Dan għaliex hi kienet tmexxi ż-żewġt iħwienet li fih kienu jaħdmu numru ta’ persuni oħra wkoll ċiniżi. Iżda żewġha, Alfred Attard fil-Qorti ddikjara li hu kien responsabbli mill-ħwienet.
Jirriżulta li meta f’Novembru tal-2012 kien sar rejd mill-Pulizija fil-ħwienet, mart Alfred Attard kienet għadha l-carer tiegħu u kienu żżewġu sena wara fl-2013. Għalkemm il-Qorti għandha d-dubji tagħha dwar dan għaliex skont ir-raġel hu kellu relazzjoni intima ma’ mara oħra, Maltija, anzjana ta’ 90 sena, li ħareġ li kienet ittih xi flus biex jgħix.
Fil-Qorti taw ix-xiedha tagħhom tlett irġiel li nqabdu fmill-Pulizija fil-ħin tar-rejd fil-message parlours. Huma qalu li kienu qed jirċievu servizzi sesswali għal €35. Minn naħa tiegħu l-anzjan ċaħad li kien jaf li kienu jingħataw servizzi sesswali. Ammetta biss li kien iwassal lill-impjegati għax-xogħol u jieħu ħsieb il-kotba tal-VAT
Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, qalet li li f’dawn il-ħwienet kienet għaddejja l-prostituzzjoni, u li l-klijenti ma kinux se jixdhu biex ihossuhom umiljati bil-possibilita’ li jiġu fl-inkwiet mal-qraba tagħhom. Imma l-Qorti ma setgħetx issib lill-anzjan Alfred Attard ħati tal-akkużi miġjuba kontrih għaliex ma tressqux provi li hu kien jaf b’dak li kien għaddej fil-ħwienet.
//= $special ?>