Lokali

FILMAT: Jiċċassaw quddiem mistoqsija ta’ NET News

Id-deputati Laburista ma kienux kapaċi jirrispondu mistoqsija sempliċi dwar proġett tal-Gvern Laburista

Il-problema tal-iskart f’Malta ilha għal numru twil ta’ snin – u l-Gvern ta’ Joseph Muscat wiegħed li se jibni inċineratur sas-sena 2023 biex jilħaq il-miri Ewropej dwar ir-riċiklaġġ. Iżda kollox jidher li mar żmerċ meta NET News prova jikseb aktar informazzjoni dwar dan l-inċineratur fil-Magħtab, hekk kif wara pawża qasira biex jomgħodu l-mistoqsija, il-kelliema tal-Partit Laburista ma kienux kapaċi jirrispondu dwar il-pjan tal-Gvern Laburista għall-iskart.

NET News attenda għall-konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fejn fost l-oħrajn saret referenza għall-ambjent. Għalhekk NET News staqsa lid-deputati Laburisti Rosianne Cutajar u Stefan Zrinzo Azzopardi dwar waħda mill-isfidi amjentali ta’ pajjiżna.

Il-Ministru Jose Herrera wiegħed il-kostruzzjoni ta’ inċeneratur fil-Magħtab li se jikkonsma mal-114,000 tunnellata ta’ skart, u se jiġi jiswa bejn madwar €150 miljun. Madanakollu, id-deputati Laburisti ma kienux kapaċi jirrispondu fuq mistoqsija sempliċi dwar wieħed mill-proġetti mwiegħa mill-Gvern ta’ Joseph Muscat.