Lokali

FILMAT: Jispiċċaw jimbuttaw biex jaslu fid-destinazzjoni

Fuq il-paġna ta’ Facebook “Waqfet tal-Linja” illejla ġie ppublikat filmat fejn wera grupp ta’ żgħażagħ f’San Ġiljan jimbuttaw karozza tal-linja wara li allegatament għal xi raġuni l-vettura tat-trasport pubbliku kellha bżonn imbuttatura.

Bosta persuni fuq il-midja soċjali saħqu li hija tal-mistħija li xi ħadd irid jinżel jimbutta l-karozza tal-linja, filwaqt li oħrajn kienu kemmxejn xettiċi dwar il-verità wara dan il-filmat. Oħrajn saħqu li żgur wara ‘shift’ xogħol l-inqas ħaġa li jkollhom bżonn battikata bl-għeruq u xniexel bħal din.