Lokali

Għaliex Bieb il-Bombi nxtegħel aħmar?

Il-ġimgħa filgħaxija Bieb il-Bombi fil-Floriana nxtegħel aħmar bi stillel lewn id-deheb fl-okkażjoni ta’ festival internazzjonali fejn se jinbena pont ta’ dawl maċ-Ċina.

Din qed issir minn numru ta’ pajjiżi differenti fl-Unjoni Ewropea bħala ċelebrazzjoni ta’ għaqda bejn kommunitajiet Ewropej u Ċiniżi.

L-istess bħal Malta, f’diversi pajjiżi barra minn Malta nxtegħlu diversi binjiet u siti monumentali bid-dwal tal-bandiera Ċiniża. Fost dawn il-bliet hemm Venezja, Brussel u Żagreb.

F’dawn l-aħħar snin iċ-Ċina saret waħda mill-ikbar sorsi ta’ importazzjoni u t-tieni l-ikbar suq tal-esportazzjoni għall-Unjoni Ewropea.