Raġel mill-Ghana seraq mat-€30,000 minn fabbrika tal-inbid f’Għawdex li kien jaħdem fiha.
Ir-raġel ta’ 37 sena, William Boakye ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih u ta lura l-eluf ta’ ewro li seraq. Madankollu, hu xorta kien ikkundannat sentejn ħabs.
Sid il-fabbrika Bacchus Winery qal li hu ħafer lill-akkużat wara li ġew irritornati l-flus lura. Il-
Il-Maġistrat Joseph Mifsud kien konxju li Boakye kkopera mal-Pulizija u li l-kondotta tiegħu kienet nadifa.
//= $special ?>