Il-President tal-ASA Joe Caruana Curran ta d-dettalji dwar il-loġistika għal din il-logħba. Hu qal li l-bibien jinfetħu fis-2.00pm b’arranġamenti speċjali fejn in-naħa ta’ fejn hemm il-Kumitat Olimpiku Malti se jkun riservat għall-membri tal-media, persuni importanti, għall-plejers u l-familjari tagħhom.
Caruana Curran qal li qed jistennew numru konsiderevoli ta’ nies li jattendu u għandu antiċipazzjoni u fiduċja għal din il-logħba. Għal din il-logħba se jkun hemm preżenti s-South End Core flimkien ma’ kordinament mill-klabbs lokali. Il-logħba se tkun diretta fuq TVM2 u se jkun hemm ukoll xi streaming internazzjonali.
Il-parkeġġ fit-triq bejn l-iskola u l-parkeġġ tal-Pixxina mhux se jkun permess, filwaqt li d-delegati u t-timijiet se jaslu fil-Pixxina Nazzjonali bi skorta. Caruana Curran ħabbar ukoll li sar arranġament mas-sidien tal-billboards ta’ barra l-Pixxina, biex il-logħba tintwera barra f’każ li l-bibien jingħalqu.
“Dan juri li hemm lejn l-isport tal-Waterpolo u jagħti kuraġġ mhux biss għal għadda imma għal futur.” Hu ħeġġeġ lin-nies biex jattendu fejn saħaq li tista’ tkun l-aktar ġurnata storika għall-Waterpolo lokali.
Il-President tal-ASA rringazzja lil SportMalta u lill-Aġent Kap Eżekuttiv Chris Bonett li għen fil-preparazzjoni u l-loġistika neċessarja kif ukoll lin-nies li qed jaħdmu mill-uffiċini. Dan għaliex il-preparazzjoni kienu aktar kumplikati aktar mis-soltu fejn saħansitra mistennija jattendu l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż. Il-President tal-ASA rringrazzja wkoll lill-isponsors kif ukoll lill-kowċis nazzjonali li ħafna drabi jitħallew barra f’ringrazzjamenti pubbliċi.
//= $special ?>