L-għaqda Passio Malta qed tipproponi li l-mixja b’risq Puttinu li ssir mill-Mellieħa lejn l-Isla, tibda tkun organizzata l-għada tal-Pellegrinaġġ bix-xbieha mirakoluża ta’ Ġesu’ redentur fl-Isla – u allura, fil-lejl ta’ bejn is-Sibt 10 u l-Ħadd 11 ta’ Marzu.
Normalment, il-mixja mill-Mellieħa ssir fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka. Kien għalhekk illi fl-aħħar snin bosta dilettanti bdew jilmentaw minħabba l-fatt li din l-attivita’ jista’ jkun li ttellef il-viżti tal-Ġimgħa l-Kbira, u l-attendenzi fil-knejjes.
F’komunikat maħruġ fuq Facebook, Passio Malta qalu li huma m’għandhom xejn kontra din l-attivita’ ħlief għad-data li fiha tkun organizzata.
Fl-istqarrija ġie żvelat li Passio Malta kienu saħansitra iltaqgħu ma’ Rennie Zerafa f’isem Puttinu. Hu kien qalilhom li l-mixja ta’ Ħamis ix-Xirka mhix organizzata minn Puttinu Cares. Aktar minn hekk, hu kien qalilhom li ma jsib l-ebda problema li d-data tinbidel.
//= $special ?>