L-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna wasal lura pajjiżna dalgħodu wara li kkonkluda l-missjoni li fdalu l-Papa Franġisku biex jinvestiga l-allegat abbuż sesswali minn saċerdot fiċ-Ċilì, u l-allegazzjonijiet li l-Isqof ta’ Osorno ħeba dawn l-abbużi.
Hu mifhum li fil-ġimgħat li ġejjin l-Arċisqof Scicluna se jippreżenta l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tiegħu lill-Papa Franġisku.
Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-Arċisqof sab lil ommu, iż-żewġ ħutu, zijuh u l-Vigarju Ġenerali illi laqgħuh lura.
Waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċilì, Mons. Scicluna kellu jsirlu intervent mediku fejn tneħħietlu l-marrara.
//= $special ?>