Knisja Lokali

L-Arċisqof lura f’pajjiżna wara l-missjoni fiċ-Ċili

L-Arċisqof ta' Malta Charles J Scicluna jasal lura Malta miċ-Ċili
Il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni se jiġu preżentati lill-Papa

L-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna wasal lura pajjiżna dalgħodu wara li kkonkluda l-missjoni li fdalu l-Papa Franġisku biex jinvestiga l-allegat abbuż sesswali minn saċerdot fiċ-Ċilì, u l-allegazzjonijiet li l-Isqof ta’ Osorno ħeba dawn l-abbużi.

Hu mifhum li fil-ġimgħat li ġejjin l-Arċisqof Scicluna se jippreżenta l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tiegħu lill-Papa Franġisku.

Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-Arċisqof sab lil ommu, iż-żewġ ħutu, zijuh u l-Vigarju Ġenerali illi laqgħuh lura.

Waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċilì, Mons. Scicluna kellu jsirlu intervent mediku fejn tneħħietlu l-marrara.