Lokali

L-Inġinier Marco Cremona jsostni li ngħalqulu l-bibien kollha

Waqt il-programm tal-lejla Net Live, l-Inġinier Marco Cremona, tkellem dwar proġett li ilu snin jaħdem fuqu, dak li jirriċikla l-ilma.

Iżda waqt l-intervista f’Net Live li saret mill-preżentatur Robert Cremona, l-inġinier Cremona qal li ngħalqulu l-bibien kollha għaliex għadu ma ngħatax permess biex iħaddem dan il-proġett.

Marco Cremona qal f’post fuq facebook li pajjiżna jidher li mhux lest għal dawn il-passi importanti fil-qasam tal-inġinerija.