Il-Ħamis l-1 ta’ Marzu nħatar l-Eżekuttiv il-ġdid tal-Fergħa Solidarjeta’ Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN).
Ivan Castillo reġa’ ġie kkonfermat b’mod unanimu bħala President filwaqt li Neville Cassar inħatar bħala Segretarju. David Battistino inħatar bħala Viċi President. L-Eżekuttiv huwa magħmul minn 15-il membru li matul dawn is-sentejn li ġejjin se jkunu qed jaħdmu u jiltaqgħu mal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Tlett membri minn dan l-Ezekuttiv se jkunu wkoll fl-Ezekuttiv tal-Partit.
Fiż-żmien li ġej, flimkien mat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, l-SĦPN se tkompli taħdem mill-viċin u ssegwi dak li qed jiffaċċjaw il-ħaddiema f’pajjizna. L-SĦPN se tkompli toħroġ dokumenti u proposti kif diġa għamlet fis-snin li għaddew sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, kif ukoll se tiltaqa’ mar-rapprezenatnti tal-ħaddiema.
L-għan ewlieni huwa l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-impjegati Maltin u Għawdxin.