Futbol Sport

PREMIERSHIP: Manchester City jerġgħu jumiljaw lil Arsenal

ARSENAL …………………..0
MAN CITY…………………..3

Għat-tieni darba fi spazju ta’ kważi ġimgħa, Manchester City għelbu lil Arsenal. Wara li l-Ħadd li għadda rebħulhom 3-0 fil-finali tal-League Cup, ilbieraħ rebħulhom fl-Emirates Stadium bi skor ta’ 3-0.

Wieħed kien qed jistenna tal-anqas reazzjoni minn naħa ta’ Arsenal li wara l-finali tal-League Cup kienu kritikati bl-aħrax imma l-wirja talbieraħ kienet saħanistra agħar minn dik ta’ tmiem il-ġimgħa.
Grazzi għal din ir-rebħa City baqgħu jiddefendu s-6-il punt vantaġġ li għandhom f’ras il-klassifika fuq l-eqreb rivali Manchester Utd.

Minkejja li Arsenal kellhom bidu pożittiv, kienu Man City li fetħu l-iskor wara kwarta. Dan meta Bernardo SILVA skurja b’xutt fir-rokna tax-xibka wara li rċieva mingħand Leroy Sane.

Fis-27 minuta City żiedu ieħor b’gowl ta’ f’azzjoni mill-isbaħ David Silva għadda lejn Sane li qassam lejn Aguero li minn naħa tiegħu reġa’ sab lill-istess SILVA li bil-kalma kollha għeleb lil Cech.

Fit-33 minuta l-liders skurjaw ieħor meta Leroy SANE antiċipa lil Walker u sab ix-xibka.
Biex kollox ikompli ġej ħażin għal Arsenal Aubameyang kellu penalty salvat.

Din kienet it-tielet darba li City għelbu lil Arsenal dan l-istaġun għax ta’ min jiftakar li fl-ewwel rawnd tal-kampjonat fl-Etihad Stadium kienu rebħu 3-1.