Priġunier li jinsab fil-ħabs ta’ Kordin instab f’pussess ta’ mobile wara li tella’ selfie fuq Facebook. Il-ġurnal The Times of Malta qalet li dan il-priġunier ħoloq profil falz fuq Facebook fejn bagħat numru ta’ friend requests fuq Facebook lill-gwardjani tal-ħabs.
Il-Pulizija investigaw il-każ, u mistennija tressaq lill-priġunier quddiem il-Qorti – hekk kif dan tal-aħħar qiegħed iqatta’ s-sentenza l-ħabs wara li kien instab ħati f’każ ta’ droga. Wara li l-priġunier inqabad li kien tella’ dan ir-ritratt fuq il-media soċjali, huma għamlu rejd fiċ-ċella fejn jidher li l-priġunier mal-ewwel ammetta li kellu profil falz.
Madanakollu, il-priġunier ċaħad li hu kellu mobile, u li hu “jinsab dejjem pass qabilhom”. Iżda fit-tfittxija stess, instab mobile fiċ-ċella li kien mistoħbi fil-wiċċ ta’ biċċa għamara, li l-priġunier kien ineħħi biex ikun jista’ juża l-mobile.
Din il-ġimgħa fil-Parlament, wara li saru mistoqsijiet mill-Membru Parlamentari Nazzjonalist Beppe Fenech Adami lill-Ministru tal-Intern Michael Farrugia, fejn sar magħruf li mill-2013 sal-lum, instabu total ta’ 150 mobile fil-ħabs ta’ Kordin. Fost l-affarijiet li nstabu fiċ-ċellel tal-ħabs kien hemm chargers, pen drives, batteries, u internet keys.
//= $special ?>