Lokali

RITRATTI: Il-President ta’ Malta tilqa’ lir-Re tal-Ghana

Il-laqgħa kordjali saret fil-Palazz tal-President f'San Anton

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca laqgħat lir-Re tar-Renju Ashanti tal-Ghana Otumfuo Osei Tutu II, fil-palazz tal-President f’San Anton.

F’din il-laqgħa, il-President ta’ Malta u r-Re tal-Ghana tkellmu dwar kif jistgħu jtejbu r-relazzjonijiet u jikkolaboraw aktar. Tkellmu dwar iċ-Ċentru Mediku HopeXChange f’Kumasi li jopera bil-kollaborazzjoni ta’ mal-Ghana Mission Foundation of Malta.