Edukazzjoni Lokali

RITRATTI: Telqa fl-iskola ta’ Marija Reġina

Sensiela ta’ ritratti li tpoġġew fuq il-media soċjali juru l-istat li jinsabu fiha partijiet tal-iskola Sekondarja ta’ Marija Reġina fil-Ħamrun.

Ir-ritratti tpoġġew fuq Facebook mill-għalliem Justin Schembri.

“Għall-bidu ħsibt li dawn ir-ritratti ntbagħtu minn xi skola fis-Sirja, imma le, dawn huma fl-iskola Maria Regina tal-Blata l-Bajda li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca!”, kiteb Schembri fuq Facebook.

B’mod ċiniku, hu stqarr illi dan hu l-aqwa żmien għall-edukazzjoni u bil-provi!