Lokali

Sewwieq ta’ mutur jittajjar fil-Mosta

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Sewwieq ta’ mutur li għandu 20 sena ttieħed l-isptar għall-kura wara li ttajjar fi Vjal l-Indipendenza, fil-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:30 meta ż-żagħżugħ, residenti s-Swieqi u li kien qed isuq mutur tat-tip Lexmoto, intlaqat minn vettura Peugeot 106 ta’ lewn id-deheb misjura minn żagħżugħ Rumen residenti l-Imsida.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għad mhix magħrufa hekk kif hu ttieħed l-isptar b’ambulanza. It-triq għal xi ħin kienet magħluqa għat-traffiku.