84% tal-ħaddiema klerikali fl-MCAST ivvutaw favur ftehim kollettiv għal titjib fis-salarji u b’żidiet sostanzjali għal ħames snin li ġejjin. Il-ftehim jolqot l-amministrazzjoni, il-ħaddiema klerikali u s-support staff li jaħdmu fl-MCAST. Dan intqal mill-UĦM Voice of the Workers fi stqarrija.
Il-ftehim kollettiv il-ġdid jinkludi numru ta’ kundizzjonijiet ġodda għall-ħaddiema, fosthom 10 ġimgħat ta’ nofs ta’ nhari, flessibbiltà għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja u kif ukoll tisħiħ fil-proċeduri tal-vacation leave.
Il-ftehim kollettiv bejn il-UĦM Voice of the Workers u l-MCAST mistenni jkun iffirmat il-ġimgħa d-dieħla.
Filwaqt li l-MCAST donnu waslet ma’ dawn il-ħaddiema, mhux l-istess jista’ jingħad għal-lecturers u l-edukaturi. Hanwhekk, is-sitwazzjoni bejn l-MCAST u l-MUT għadha mdendla.
//= $special ?>