Internazzjonali

Tajani lest biex ikun Prim Ministru tal-Italja

Antonio Tajani

Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, qal li hu lest biex ikun kandidat għal Prim Ministru għan-nom tal-Partit Forza Italia, tal-eks-Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi. Dan meta l-Italja, ilbieraħ, ikkonkludiet l-aħħar jum tal-kampanja elettorali qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ għada li għandha sinifikat partikulari għall-pajjiż.
Aktar qabel, Berlusconi ħabbar li Tajani – ko-fundatur tal-Forza Italia fl-1994 – kien il-‘preferut’ tiegħu bħala kandidat għal Prim Ministru f’din l-elezzjoni għall-Parlament, u meta Tajani, sa dak il-ħin, kien għadu ma aċċettax l-offerta.
Intant, Antonio Tajani issa wieġeb fuq Twitter fejn irringrazzja lil Berlusconi ‘għal dan il-ġest ta’ rispett’ filwaqt li tenna li ‘hu jinsab lest biex iservi lill-Italja.

Caption B –

Antonio Tajani (Ritratt: EPA)