Lokali Qorti

Tifel ta’ 14-il sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest talli seraq rota ta’ aktar minn €500

Il-Qrati tal-Ġustizzja - Arkivji
It-tifel jabbuża mid-droga

Tifel ta’ 14-il sena nżamm arrestat. Dan wara li l-Qorti sabitu ħati li seraq rota li l-valur tagħha hu ta’ madwar €573.

Il-każ seħħ x-xahar li għadda fi Triq il-Kunċizzjoni f’Bormla. Jirriżulta li t-tifel jagħmel anke użu mid-droga.

It-tifel qed iwieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Fil-Qorti t-tifel beda jibki għaliex ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. Dan għaliex fi żmien ġimgħatejn irid ikun ippreparat rapport qabel is-sentenza. Jirriżulta imma li ma jeżisti l-ebda programm kontra d-droga għal persuni tal-eta’ tiegħu u sfortunatament id-droga qed taffettwa l-imġieba tat-tifel li għad għandu 14-il sena. Għalhekk hu se jinżamm arrestat f’taqsima apposta fil-ħabs.

Ġie ordnat ukoll li l-każ ikun segwit minn tim ta’ professjonisti li għandhom jevalwaw ukoll il-progress li jkun għamel it-tifel