Lokali

IT-TRAĠEDJA FL-AWSTRALJA: Għada jsir il-funeral tal-koppja Pulis

Il-kadavri ta' Doreen u Lorry Pulis jaslu Malta illum

Illum jaslu Malta il-kadavri taż-żewġ Maltin li mietu f’ħabta kerha ħafna fl-Awstralja fis-16 ta’ Frar li għadda. Doreen u Lorry Pulis kienu l-vittmi f’dan l-inċident. Fl-istess ħabta miet ukoll ħu Lorry Pulis.

Fil-post tal-inċident kienu ssejħu 11-il ambulanza u żewġ ħelikopters.

Il-koppja hi minn Birżebbuġa, u għandhom 58 sena. Huma kienu ilhom biss ftit jiem fl-Awstralja.

Żgur illi ħadd fil-familja Pulis ma kien qed jistenna li vjaġġ għal tieġ jispiċċa fi traġedja bħal din. Doreen Pulis kienet ilha sena tippjana din il-vaganza. Kienet kuntenta ħafna li se tmur għat-tieġ tat-tifel ta’ ħuha. Iżda dawn il-pjanijiet kollha sfumaw fix-xejn.

Il-vaganza ta’ Doreen u Lorry Pulis inbidlet f’aħbar ta’ swied il-qalb għall-qraba u l-ħbieb tagħhom.