Internazzjonali

Żwieġ irjali bis-sehem tal-pubbliku

Il-Prinċep Harry tal-Ingilterra u l-għarusa tiegħu, l-attriċi Amerikana, Meghan Markle, stiednu mal-2,640 membru tal-pubbliku biex, dakinhar taż-żwieġ tagħhom, ikunu preżenti għaċ-ċerimonja fil-Kastell ta’ Windsor.
Kelliema għall-Palazz ta’ Kensington qalu li l-Prinċep u Meghan ‘iridu li l-jum speċjali tagħhom – id-19 ta’ Mejju — ikun aċċessibbli kemm jista’ ikun għall-pubbliku, ħalli n-nies iħossuhom ukoll parti miċ-ċelebrazzjonijiet’.
Il-mistednin se jinkludu 1,200 membri tal-pubbliku minn madwar ir-Renju Unit li ntgħażlu biex jirrappreżentaw diversi setturi soċjali u etajiet. Fost dawn se jkun hemm żgħażagħ li ‘urew ħiliet ta’ tmexxija sodi’ u li servew tajjeb lill-komunitajiet tagħhom.