Internazzjonali

GĦADA T-TALJANI JIVVUTAW: Min hu l-favorit?

Berlusconi, Di Maio u Renzi
Illum ġurnata ta' silenzju wara li l-kampanja elettorali ntemmet uffiċjalment ilbieraħ

Hekk kif it-Taljani għada se jkunu qed jivvutaw għal Gvern ġdid, 4 miljuni votant għadhom indeċiżi lil min se jagħtu l-fiduċja tagħhom.

Fl-aħħar ġurnata, il-partiti l-kbar organizzaw rallies u meetings kbar fi pjazez u swali ewlenin f’kull parti tal-Italja. Minn naħa l-oħra, Berlusconi għażel l-istudio ta’ Porta a Porta biex jindirizza lill-elettorat.

Luigi Di Maio, il-mexxej tal-Movimento 5 Stelle, kien l-aktar wieħed li appella għall-votant indeċiż. Hu saħaq li l-isfida issa hi bejn il-partit tiegħu u l-koalizzjoni taċ-ċentru-lemin. Dan sabiex jiskredita lill-eks Prim Ministru Matteo Renzi, li qed jerġa’ jmexxi l-Partito Democratico għal elezzjoni oħra.

Il-mexxej tal-Lega, Matteo Salvini, għadu fiduċjuż li l-partit tiegħu se jkun l-aktar li jġib voti mill-koalizzjoni taċ-ċentru-lemin. Salvini jibqa’ sinonimu mal-pożizzjoni tiegħu kontra l-immigranti.

Interessanti l-attitudni li ħadet Giorgia Meloni ta’ Fratelli d’Italia illi qed tħeġġeġ lill-votanti jeleġġu l-ewwel mara Prim Ministru fl-istorja tal-Italja.

Il-kapijiet tal-partiti ewlenin