Lokali Mużika

Imut Gaetano Abela, wieħed mill-fundaturi tal-festivals Maltin tal-mużika

Tħabbret il-mewt ta’ Gaetano Abela, li serva għal xi snin bħala Chairman tal-Festival għall-Kanzunetta Maltija.

Hu miet ilbieraħ fl-età ta’ 78 sena wara li fl-aħħar żmien bata minn marda kiefra.

Hu kkordina diversi festivals mużikali lokali għal diversi snin mill-1971, partikolarment meta Malta pparteċipat għall-ewwel darba fil-Eurovision Song Festival. Reġa’ serva bħala Chairman fil-bord tal-Malta Song for Europe fl-aħħar tas-snin 90.

Gaetano Abela, li kien negozjant, organizza wkoll il-festival għat-tfal Kanarin tad-Deheb, bir-rebbieħa kienu jipparteċipaw fil-festival Taljan Zecchino d’Oro.