Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) issieħeb fil-kritika għall-pjan tal-President Amerikan, Donald Trump, biex jimponi tariffa ta’ 25 fil-mija fuq l-importazzjoni tal-azzar flimkien ma’ tariffa ta għaxra fil-mija fuq l-importazzjoni tal-alumiju.
L-IMF insista li pass bħal dan mill-Istati Uniti għandu jweġġa lill-Amerikani flimkien ma’ pajjiżi oħra. Il-Fond wissa li pajjiżi u gruppi ta’ Stati oħrajn jistgħu jsegwu l-preċedent tal-President Trump bl-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet iebsa għall-kummerċ bl-iskuża li dawn ikunu meħtieġa għad-difiża tas-sigurtà nazzjonali.
Il-Kanada, bħala l-akbar esportatur tal-azzar lill-Istati Uniti, hi fost diversi pajjiżi li se jikkunsidraw miżuri ta’ ritaljazzjoni f’każ li Trump, il-ġimgħa d-dieħla, jippersisti bil-pjan dwar it-tariffi.
//= $special ?>

