Uffiċjali tal-Unjoni, fi tmiem il-ġimgħa, evalwaw diskors tal-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, qabel ir-round imminenti tan-negozjati dwar il-Brexit ( it-tluq tar-Renju Unit mill-UE) fil-jiem li ġejjin.
Theresa May kienet wissiet, f’Londra, li ‘ħadd mhu se jieħu dak kollu li jrid mit-taħditiet’ filwaqt li fasslet it-tamiet tar-Renju Unit għal sħubija ekonomika futura mal-Unjoni, hi u ssejjaħ għal ‘sens komun’ fin-negozjati.
Filwaqt li xi ewroxettiċi fil-Parlament Britanniku qalu li d-diskors ta’ May jista’ jqajjem xi tħassib, huma sostnew li ‘issa mhux iż-żmien li wieħed ifittex ix-xagħra fl-għaġina’. Huma, fl-istess ħin, faħħru lill-Prim Ministru għall-punti li qajjmet minbarra li ħeġġew lill-UE biex twieġeb ‘bil-għaqal u mhux bl-aggressjoni’.
Id-deputati jittamaw li hu possibbli biex ir-Renju Unit jikkonsolida l-kummerċ mal-Unjoni, filwaqt li jiffurmax aktar parti mis-suq u unjoni doganali komuni.
//= $special ?>

