Atletika Sport

ATLETIKA: Imut Roger Bannister

Illum tħabbret il-mewt tal-eksatleta Roger Bannister li ħalla din id-dinja fl-eta ta’ 88 sena. Bannister hu magħruf bħala l-ewwel atleta li għamel id-distanza ta’ mil f’inqas minn erba’ minuti.

Fis-6 ta’ Mejju tal-1954 hu kien għamel ħin ta’ tliet minuti u 59.4 sekondi.

Ironikament dan ir-rekord dam biss 46 jum imma Bannister xorta waħda baqa’ persuna magħrufa fid-dinja tal-atletika.

Fl-1954 hu kien rebaħ anke l-midalja tad-deheb waqt il-Logħob tal-Commonwealth f’dik il-kategorija.