Mario Azzopardi, il-konsulent ta’ Chris Cardona li għadna ma nafux x’tip ta’ konsulenza qed joffri, jibqa’ jaħrab milli jwieġeb il-mistoqsijiet dwar xogħlu.
Bħala kamra tal-aħbarjiet għamilna kuntatt ma’ Azzopardi, iżda meta bdejna nsaqsu fuq x’tip ta’ konsulenza qed joffri u kif ukoll kemm qed jitħallas għal dan ix-xogħol, pront pront qalilna nibgħatulu email. Segwi t-telefonata kollha hawn fuq.
L-email inbagħtet, iżda bqajna bla risposta. Lil Mario Azzopardi staqsejnih x’jikkonsisti lir-rwol tiegħu bħala konsulent ta’ Chris Cardona, xi kwalifiċi għandu għal dan l-irwol, fejn qed jirrapporta għax-xogħol, minn fejn qed jaħdem, u kemm qed jitħallas.
Kif kien mistenni, NetNews baqa’ mingħajr risposti, b’Mario Azzoppardi jinsisti li jirrifjuta li jwieġeb.
F’dawn il-jiem għamilna kuntatt ukoll mal-Ministeru tal-Ekonomija nistaqsu dwar dan kollu. Fuq hekk infatti ħaddiem li jaħdem fl-istess Ministeru qalilna li Mario Azzopardi lanqas biss għadu jersaq ‘l hemm.
Azzopardi ġie appuntat konsulent ta’ Chris Cardona f’Ottubru li għadda. Mario Azzopardi li kien Chief of Staff ta’ Chris Cardona fl-aħħar elezzjoni ma inħatarx mill-ġdid f’dan l-irwol għalkemm baqa bħala ċ-Chief Canvasser tiegħu, imma fix-xhur li għaddew inħatar konsulent.
Mario Azzopardi hu l-istess persuna li kien akkumpanja lil Chris Cardona f’Dubaj meta kienu ntefqu €750 mit-taxxi tan-nies f’xorb alkoħoliku minn minibar
Skont sorsi ta’ gazzetti lokali oħra, ġie rrapurtat li huwa qed iħares li x-xogħol isir sew fil-Ministeru u jaġġorna lill-Ministeru li x-xogħol qed isir sew. Xogħol t’infurmatur, b’paga ta’ konsulenza? Dwar dan ma nistgħux ngħidu għax fuq ix-xogħol li jwettaq l-istess Azzopardi, kważi ma nafu xejn.
Mario Azzopardi hu l-istess persuna li kien akkumpanja lil Chris Cardona f’Dubaj meta kienu ntefqu €750 mit-taxxi tan-nies f’xorb alkoħoliku minn minibar. Fl-2015, Cardona kien qabad lil żagħżugħ ta’18-il sena, Karl Cutajar, bħala direttur ta’ kumpannija ġdida tal-Gvern għas-Servizzi fis-Sigurtà. Wara kien inħareġ li Cutajar huwa n-neputi ta’ dan l-istess Azzopardi.