Lokali

Il-Gvern jixxaħħaħ fl-edukazzjoni u mal-Kunsilli Lokali

L-attività politika fil-każin ta’ San Ġwann kienet indirizzata minn numru ta’ persuni oħra, fosthom mis-Sindku ta’ San Ġwann Etienne Bonello DuPuis, li fid-diskors tiegħu tkellem dwar il-ħtieġa li l-lokalità tiegħu tingħata iktar, peress li r-riżorsi huma limitati.

Bonello DuPuis semma proġetti li ma jistgħux isiru f’San Ġwann minħabba l-mod kif il-Gvern qed jixxaħħaħ, imma nnota b’mod pożittiv li grazzi għas-sehem ta’ ħafna nies, Wied Għomor kien salvat.

Wied Għomor issemma wkoll mis-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat, li f’diskors li għamel wissa li s-Swieqi m’għandux ikompli jsofri iktar sfreġji ambjentali.

Dwar ir-riżorsi tal-Kunsill, is-Sindku kkundanna l-mod kif fl-aħħar ħames snin, minkejja diversi talbiet, il-Gvern ma sabx ċenteżmu wieħed għal imqar tliet toroq li jinsab f’qagħda diżastruża.

L-attività kienet indirizzata wkoll mill-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista Justin Schembri, li min-naħa tiegħu ffoka fuq il-qasam tal-edukazzjoni.

Waqt li sellem lil Lorna Schembri, il-Kap tal-Iskola li ġiet imsawta waqt il-qadi ta’ dmirjietha, Justin Schembri tkellem fuq ir-rispett lejn l-edukaturi, u insista li l-Gvern naqas milli jirrispetta lill-edukaturi anke jekk sar ftehim settorjali li ma jilħaqx l-aspettattivi tagħhom.

FILMAT: Il-PN se jieħu passi fil-Qorti kontra l-Kummisjoni Elettorali biex jassigura li jivvotaw biss dawk li għandhom dritt għall-vot