Lokali

Il-kittieb Tony C. Cutajar jippreżenta sett kotba lill-Kap tal-PN Adrian Delia

Il-kittieb popolari Malti Tony C. Cutajar preżenta lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sett ta’ kotba mill-pinna tiegħu.

Tony C. Cutajar huwa popolari ħafna għal numru kbir ta’ titli li kiteb, partikolarment kotba għat-tfal.

Il-preżentazzjoni tal-kotba lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista saret dalgħodu fi tmiem attività politika fil-każin tal-Partit Nazzjonalista ta’ San Ġwann.

Tony C. Cutajar kien Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann meta kien elett l-ewwel Kunsill fl-1994.