Libjan ġie arrestat mill-Pulizija wara li matul il-lejl li għadda nqabad fil-fatt jisraq minn ħanut tal-ħwejjeġ li jinsab fi Triq Fleur de Lys, Birkirkara.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12:10am meta Pulizija mir-Rapid Intervention Unit arrestaw lir-raġel waqt li kien fil-ħanut.
Ir-raġel qed jinżamm mill-Pulizija biex jassistihom fl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>