Manchester City għamlu pass ieħor lejn ir-rebħ tat-titlu meta fl-Etihad Stadium rebħu 1-0 kontra Chelsea. B’din ir-rebħa City qegħdin 18-il punt fuq Liverpool li qegħdin fit-tieni post u 19-il punt fuq Manchester United imma dawn tal-aħħar għad iridu jilagħbu t-Tnejn kontra Crystal Palace.
L-uniku gowl li skurjaw Man City wasal 35 sekonda mill-bidu tat-tieni taqsima meta David Silva tefa’ cross lejn Bernardo SILVA li skurja mill-viċin.
Biex jirbħu l-kampjonat City jonqoshom erba’ rebħiet.
Il-kriżi ta’ Arsenal kompliet tikber hekk kif dawn tilfu 2-1 barra minn darhom kontra Brighton. Wieħed kien qed jistenna reazzjoni minn naħa ta’ Arsenal wara żewġ telfiet kontra Manchester City.
Brighton fetħu l-iskor wara seba’ minuti b’gowl ta’ DUNK li skurja mill-viċin. Fis-26 minuta dawn irduppjaw l-iskor b’gowl ta’ MURRAY li għeleb lil Cech b’daqqa ta’ ras. AUBAMEYANG skurja l-uniku gowl tal-Gunners minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima.
//= $special ?>