Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla bl-impenn tiegħu li jiltaqa’ man-nies, jitkellem magħhom u jisma’ dwar dak li qed iħassihom.
Filfatt, qabel id-diskors politiku fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista ta’ San Ġwann, Adrian Delia ħa l-opportunità li jiltaqa’ man-nies fid-diversi każini tal-lokalità.
Iż-żjara ta’ Adrian Delia f’San Ġwann bdiet fil-każin tal-futbol, fejn anke żar il-pitch tal-futbol. Żar ukoll il-każin tal-banda, il-klabb tal-boċċi kif ukoll numru ta’ postijiet oħra fejn jinġabru n-nies kull nhar ta’ Ħadd filgħodu.
Fiż-żjara tiegħu f’San Ġwann, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ ma’ tfal tan-nursery tal-futbol, mal-ġenituri tagħhom iżda anke ma’ nies li nzertawh għaddej fit-triq, u li qasmu miegħu l-esperjenzi u l-ħsibijiet tagħhom.