Dawk li matul il-ġurnata nzertaw għaddejjin mill-Blata l-Bajda setgħu jinnutaw raġel jixxabbat mas-siġar tal-palm li wieħed isib ftit bogħod mill-kappella tal-mużew, iddedikata lill-Madonna tal-Midalja Mirakoluża.
Dan ir-raġel hu David Debono minn San Anard, Wied il-Għajn, magħruf aħjar bil-laqam tiegħu bħala l-Pessikan. Bil-permessi kollha meħtieġa, hu kien qed jagħmel proċess importanti għal dawn is-siġar, iżda li qatt ma sar qabel.
Is-siġar tal-palm jagħmlu frotta, it-tamal, li madankollu biex jittiekel irid jgħaddi minn proċess tad-dakra. Jekk le, il-frott jinxef u jinħela.
U filfatt hu dan il-proċess li kien qed jagħmel Debono matul il-ġurnata tal-Ħadd, hekk kif wara li naddaf dawn is-siġar mill-weraq żejjed jew niexef, għamel il-proċess tad-dakra.
//= $special ?>