Membri mid-Dipartiment tal-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) illum issejħu fiċ-Ċittadella sabiex jippruvaw isalvaw qattusa żgħira.
Dan hekk kif persuni li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet spjegaw li l-qattusa ilha 3 ijiem maqbuda fis-swar taċ-Ċittadella, Għawdex.
Bl-iskop li tiġi salvata, membri tal-ERRC qattgħu xi ħin jixxabtu mas-swar sakemm waslu qrib fejn kienet il-qattusa u nstallaw nassa bl-iskop li tinqabad.
Ritratti: Mark Thorogood
//= $special ?>