Madwar 700 persuna huma impjegati mal-Gvern f”position of trust’ u bħala konsulenti. Dan kien żvelat mill-gazzetta The Malta Independent on Sunday. Il-gazzetta bagħtet mistoqsijiet lil kull Ministeru skont l-Att dwar l-Informazzjoni Ħielsa fejn staqsiet in-numru ta’ persuni ingaġġati u mpjegati b’dan il-mod fil-Ministeri, is-Segretarjati Parlamentari, is-Segretarjati Permanenti kif ukoll, id-Dipartimenti, l-Awtoritajiet, Bordijiet u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħhom.
L-iktar Ministeru li għandu persun ngaġġati f’dan il-mod hu l-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali immexxi mill-Ministru Owen Bonnici li għandu 107 persuni. Warajh, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru b’105 persuni u l-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali tal-Ministru Michael Falzon b’ 77 persuna impjegati f”position of trust’ u bħala konsulenti.
L-inqas Ministeru li għandu persuni ingaġġati b’dan il-mod hu l-Ministeru tal-Finanzi b’6 persuni.
//= $special ?>