Sport Waterpolo

FILMAT: Il-kowċ nazzjonali tal-Waterpolo Karl Izzo fost il-mistiedna illejla f’NET Live

Il-poloz tal-Kampjonat Ewropew ikunu magħrufa nhar l-Erbgħa

Wara t-tieni kwalifikazzjoni tat-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo għall-Kampjonat Ewropew, illejla waqt Net Live fuq Net Television, il-kowċ nazzjonali Karl Izzo flimkien ma’ uħud mill-plejers se jkunu fil-programm biex jitkellmu wara l-esperjenza tas-Sibt li għadda.

It-tim Malti għeleb lil Belarus 16-9 fit-tieni leg tal-play-offs, wara li kienu l-Belarus li f’darhom kienu rebħu 8-7.

Dawn kienu l-ewwel reazzjonijiet ta’ Karl Izzo ma’ Net Sports wara r-rebħa tat-tim Malti.