Wara l-qtil ta’ Jan Kuciak fis-Slovakkja, il-Gvern jinsab f’nofs kriżi politika.
Dan qalitu waħda mill-ġurnalisti awtorevoli tal-pajjiż, Michaela Terenzani, li tkellmet esklussivament ma’ NET LIVE dwar l-aħħar żviluppi f’pajjiżha u l-aħbarijiet li qed joħorġu minn Bratislava.
Il-qtil qanqal suspetti li l-Mafja Taljana mir-reġjun ta’ Calabria, l-Ndrangheta, kellha kuntatti tajbin fil-Gvern ta’ Fico.
Il-Prim Ministru Fico minn naħa tiegħu qed juri reżistenza enormi, u ma jrid b’xejn jirriżenja.
//= $special ?>