– Therese Comodini Cachia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li l-Liġi dwar il-Kodiċi Ċivili għandha tassigura li jkun hemm bilanċ u li d-drittijiet tas-sidien tal-propjetà mikrija jkun mħarsa.
Therese Comodini Cachia tkellemt dwar l-interess pubbliku fil-kuntest tal-indħil tal-parlament u qalet li dan għandu jkun jeżsti f’kull każ li jidher quddiem il-bord. Għall-parlament l-interess pubbliku ġenerali hu biżżejjed biex jgħaddi liġi skont il-kostituzzjoni. Hi semmiet l-interessi ġenerali li l-parlament jista’ jikkunsidra quddiem liġi bħal din u qalet li l-proposta tal-gvern se tindaħal fi ftehim privat u se tirfes fuq id-drittijiet ta’ kull sid ta’ propjetà li llum tinsab taħt kirja lil sub-inkwilin li suppost il-post imur lura għand is-sid.
Id-deputat Nazzjonaloista kompliet li ħafna każi juru li s-sidien tal-ħwienet involuti jkunu ilu li tilfu l-poter. L-interess ġenerali tal-gvern hu dak ekonomiku tan-negozjanti li jkunu ħadu taħt kirja mingħand il-persuna li jkun qed jikri mingħand is-sid.
Jidher li l-gverrn m’għamilx riċerka dwar l-interess pubbliku li fuq qed jistrieħ. Dan li qed isir ifisser li s-sidien tal-ġwienet se jitwaqqfu milli jieħdu lura l-postijiet tagħhom jew li jagħmlu l-kundizzjonjiet tagħhom. Issa n-negozjanti se jingħataw 10 snin ċans. Il-liġi għandha tiggaratixxi l-bilanċ bejn is-sidien tal-ħwienet u n-negzojanti li joperaw mill-ħwienet. Il-gvern għandu jgħid kemm hemm ħwienet u kemm hemm sub-inkwilini involuti.
Hi tkellmet dwar l-ostakli li għandhom in-negozjanti Maltin u qalet li l-liġi tapplika għal kull sub-inkwilinat. Għalhekk din il-liġi ma twaqqaf lill-ebda negozjanti li jitlob 10 snin oħra f’perjodu. Din is-sitwazzjoni se twassal għal numru ta’ kawżi kostituzzjonali minn sidien.
Dwar il-kera li tkun taħt il-kundizzjonijiet tas-suq, id-deputat Nazjzonalista qalet li hemm sidien li ilhom jistennew li l-kera tkun skont issuq miftuħ. Hi staqsiet x’se jsir mill-kundizzjonijiet xierqa li dawn is-sidien jixirqilhom. Jeħtieġ li jkun se kwa1ifikat dwar liema negozjanti qed ikunu trattati.
//= $special ?>