Lokali

“Il-fastidju sesswali jista’ anke jsir permezz tal-email” – Lara Dimitrijevic

Hawn biżejjed kuxjenza dwar x’inhu l-fastidju sesswali? Konferenza għal Jum Dinji tal-Mara bl-isem ta' 'Il-Fastidju Sesswali: Fil-post tax-xogħol u fil-kuntest soċjali.'

Il-fastidju sesswali x’inhu? Hawn biżejjed kuxjenza dwar dan is-suġġett? Dan ġie diskuss waqt konferenza mtella’ mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza fil-Aula Magna tal-Kampus tal-Belt Valletta tal-Università ta’ Malta.

Email jista’ jitqies bħala fastidju? Lara Dimetrijevic tul din il-konferenza qalet li liġi dwar dan mhux daqstant ċara, madanakollu messaġġ ta’ fastidju bl-email tax-xogħol jitqies mill-ħafna bħala fastidju sesswali. Intqal li għalkemm mhux preżenti fiżikament ħdejk, dak jew dik li qed twettaq il-fastidju, li tibgħat il-messaġġ, xorta waħda ikun qed iwettaq jew twettaq l-abbuż. L-impjegati hemm bżonn li jkunu infurmati fuq id-drittijiet tagħhom fosthom id-dritt li jressqu l-ilmenti tagħhom

Il-fastidju sesswali joħloq ambjent ostili fuq il-post tax-xogħol għal miljuni taʼ nies. Madanakollu ħafna lanqas ikunu konxji tal-fatt li qed jingħataw fastidku sesswali. Il-Kummissjoni hawn tħeġġeġ biex in-nies, kemm irġiel u nisa, ma jibqgħux siekta u jitkellmu biex isibu l-għajnuna.

Il-fastidju ħafna drabi jaf ikun bil-fomm, permezz tal-kliem, jew anke bil-bewż. Ikun hemm talba għall-pjaċiri li eventwalment jiżviluppaw f’dawk sesswali għal paga aħjar, jew għal posizzjoni aktar għolja fuq il-post tax-xogħol, ċajt doppju sens u kif ukoll ritratti fuq il-ġeneru tal-persuna.

Il-Pass li jmiss.

Fil-konferenza ntqal li n-nies għamlu kisbiet kbar biex ikunu rikonxxuti fuq bażi anke ugwali, iżda huwa importanti ferm li nibqgħu nindirizzaw il-bqija tal-isfidi li l-mara tħabbat wiċċha magħhom ta’ kuljum. Inugwaljanzi abbażi tal-ġeneru. Il-konferenza qanqlet il-punt fuq kemm hemm bżonn li jkun hemm għarfien fuq dan, u fuq kemm l-istat, il-Gvern, jenħtieġ li jintroduċi miżuri u liġijiet ġodda abbażi l-Konvenżjoni ta’ Istanbul li saret fl-2014.

Matul is-sena 2016 f’Malta kienu rrappurtati 112-il każ ta fastidju sesswali filwaqt li mijiet ta’ każijiet oħrajn jibqgħu ma jkunux irrappurtati. Huwa stmat li bejn 83 miljun u 1-102 miljuni tal-mara fl-Ewropa sofrew minn fastidju sesswali u 35% tal-vittmi jibżgħu milli jitkellmu.

Għal aktar informazzjoni tista’ tagħmel kuntatt mal-NCPE fuq 25903850 jew permezz ta’ email fuq equality@gov.mt .