Lokali Parlament

Il-ġudikant m’għandux jidħol fin-negozju bejn il-partijiet

– Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici tkellem fid-dibattitu dwar il-Liġi li temenda l-Kodiċi Ċivili u qal l-ġudikant m’għandux jidħol fin-negojzu bejn inkwilin ta’ ħanut u sub-inkwilin.

Carm Mifsud Mifsud qal li fis-settur tal-persuni li għandhom kirja ta’ post u għaddewha lil ħaddieħor għad hemm problemi dwar nuqqas ta’ ftehim dwar l-ammont tal-kirja. Din hi problema mifruxa madwar Malta u Għawdex. Din hi liġi li tagħti protezzjoni iżda għandhom jingħataw kriterji definiti lill-bord li jirregola l-kera.

Hu tkellem dwar l-importanza ta’ formola matematika, ir-responsabbiltà fuq il-Ġudikant, l-ammonti differenti tal-ħwienet u r-relazzjoni bejn l-inkwilint u s-sub-inkwilin. Il-bilanċ neċessarju fis-suq m’għandux jitkisser, sostna Carm Mifsud Bonnici, li spjega l-poteri li s-sid jagħti lill-inkwilin biex dan jagħti inkwilinat. Hu spjega li l-ġudikant ma jistax jidħol fin-negozju bejn il-partijiet.